Grupp Abbatini Immakulata Kuncizzjoni Hamrun

Ulied Marija Immakulata fuq l-artal

Is-Sit Uffiċjali tal-Grupp Abbatini Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun.

              

      IS-SIT ELETTRONIKU  

    MTELLA' GĦALL-EWWEL DARBA NHAR IT-22 TA' FRAR 2009   


 Ġie mwettaq meta l-Anġlu Gabrijel deher lill-Madonna ġewwa Nażaret fejn il-Madonna qalet: "Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, isir minni skont kelmtek" (Lq. 1, 38).
 
 
Messaġġ mill-Kappillan
 
Insellimlek u nixtieq nintroduċik mal-Grupp tal-Abbatini li għandna fil-parroċċa tagħna, il-Parroċċa tal- Immakulata Kunċizzjoni, Ħamrun. Il-grupp hu iffurmat mis-subien li diġa’ jkunu għamlu l-Ewwel Tqarbina tagħhom. Il-grupp jiltaqa' kull nhar ta'Ġimgħa fil-kamra tal-abbatini fil-5.00pm għal-laqgħa ta'formazzjoni u kif ukoll logħob flimkien. Naturalment ikunu preżenti lkoll flimkien b’mod regolari għall-funzjonijiet tal-Knisja.

Tifel jidħol abbati biex jkun eqreb lejn l-mejda tal-artal u allura jieħu sehem aktar attiv fil-funzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Knisja tagħna. Mhux biss, imma permezz tal-laqgħat, l-abbati jieħu l-formazzjoni spiritwali tiegħu biex jibni karattru li jkun jogħġob lil Alla. Bil-laqgħat jkun kapaċi wkoll joħloq ħbiberija vera ma’ sħabu.

Biex l-abbatini jkunu jistgħu jikbru f’din il-ħbiberija ta’ bejniethom, dawk responsabbli tagħhom jorganizzawlhom ħarġiet u attivitajiet oħra ta’ interess tul is-sena kollha.

 

Għalhekk għall-iktar dettalji fuq l-abbatini u s-servizz tagħhom, kompli żur dan is-sit

 

Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lil abbatini James Ellul, li bena dan is-sit hekk interessanti, flimkien ma’ ħuħ Gabriel.

 

Jekk titħajjar tissieħeb fil-grupp tagħna tal-abbatini, ibgħatilna e-mail fuq indirizz  abbatinikuncizzjonihamrun@gmail.com  u nikkuntatjawk aħna.

 

Il-Bambin ibierkek,

Dun Salv

Kappillan

 

Viva Marija Immakulata Kunċizzjoni!

 

 

  

 

Ir-reklami li jidhru ma' din il-website m’għandniex kontroll fuqhom.

Aġġornata l-aħħar fid-29 ta' Mejju 2013